Il-ħidma fil-premises ġodda tal-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero qed tinvolvi lil ħafna nies, inkluż dawk speċjalizzati fit-tqassim tal-post u d-disinn intern.

L-għażla ta’ binja ġdida ttina vantaġġ li l-premises ikunu mqassma bl-aħjar mod possibbli u speċifikament għall-bżonnijiet tal-Juventini Maltin.

Fuq kollox, il-premises li jinsabu fil-Marsa huma ferm ikbar minn dawk attwali u allura jagħtu lill-Kumitat il-kumdità li jippjana ferm aħjar u jintroduċi kunċetti ġodda li dwarhom ninfurmawkom fil-ġimgħat li ġejjin.

Dan il-pass ġdid se jġib spejjeż kbar lill-Kumitat li jaħdem b’mod volontarju, u fuq kollox xogħol biex fi ftit xhur il-post ikun lest biex jilqa’ lill-Juventini Maltin.

L-appell hu biex dawk li jixtiequ jgħinu iżjed, kemm b’donazzjonijiet ta’ oġġetti, memorabilia jew materjal, inkella jixtiequ jagħtu daqqa t’id b’mod manwali jew ikunu sponsors tal-klabb, jibagħtu email fuq admin@juventusmalta.com biex jingħataw dettalji dwar il-pakketti ta’ riklamar.

dical-banner-1200×280