Napoli għamlu talba uffiċjali lil-Lega biex tinbidel id-data tal-ewwel logħba (andata) mis-semifinali tal-Coppa Italia kontra Juventus.
It-talba ta’ Napoli hi minħabba li l-klabb għandu sensiela ta’ logħob f’xulxin: din il-logħba kontra Juventus fl-1 ta’ Marzu (fil-Juventus Stadium), kontra Roma fil-5 ta’ Marzu (fi Stadio Olimpico) u kontra Real Madrid (fi Stadio San Paolo). Din tal-aħħar tista’ tiċċaqlaq għal ġurnata qabel.
Għalkemm il-Lega uriet disponibiltà li s-sitwazzjoni titranġa, billi ż-żewġ logħbiet tas-semifinali jintlagħbu f’April. Madankollu, din se ġġib sensiela ta’ problemi oħra, speċjalment jekk Juventus u/jew Napoli jkomplu javvanzaw fiċ-Champions League.
Sors: Calciomercato