Il-midfielder mill-Bożnija li ġie akkwistat fis-suq tat-trasferimenti fis-sajf li għadda mingħand Roma, Miralem Pjanić kien onorat fost plejers oħra ta’ Juventus fil-Grand Galà del Calcio.
Wara s-serata f’intervista għal Sky Italia sostna li jinsab sodisfatt u kuntent bid-deċiżjoni li għamel li jingħaqad ma’ Juventus fis-sajf li għadda.
“Bħalissa ninsab sejjer tajjeb ħafna ma’ Juventus, qed nieħdu gost nilagħbu u qed nitfgħu pressjoni fuq timijiet oħra u nitfgħuhom f’diffikultà. Jien qed nispera li nsir iktar importanti u fundamentali għat-tim iktar ’il quddiem però issa qed nissetilja sew hawnhekk u anke fiżikament qed nitjieb iktar. Ninsab kuntent bid-deċiżjoni li għamilt li ningħaqad ma’ Juventus.”
“Wara ħames snin sbieħ mat-tim ta’ Roma, Juventus urew l-interess tagħhom fis-servizzi tiegħi u jien ħassejt li kien il-mument opportun biex niċċaqlaq u nibda avventura ġdida. Preżentement għaddej minn mument ta’ maturità.”
Sors: Sky Italia
Ħalli Kumment