L-eks captain u leġġenda Juventina Alessandro Del Piero sostna li jinsab sorpriż li n-numru 10 ta’ Juventus mhu jilbsu ħadd u jixtieq li jara jilbsu lil Paulo Dybala.

“Ninsab vera sorpriż li n-numru 10 mhu jilbsu ħadd għalkemm nammetti li d-dinja nbidlet. In-numru 10 ta’ Juventus għandu ħafna piż u huwa importanti ħafna mhux biss għalija imma kien ukoll għal Sivori, Platini u Baggio. Onestament nixtieq nara lil Dybala li jilbes dan in-numru għalkemm in-numru 21 għandu storja kbira wkoll.”

Sors: calciomercato.com

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280