In-numru wieħed ta’ Juventus u l-idolu ta’ ħafna fix-xena tal-futbol, Gianluigi Buffon, illum jagħlaq 39 sena.
Buffon ilu mat-tim ta’ Juventus mis-sena 2001 wara li akkwistawh mingħand Parma u llum il-ġurnata huwa wieħed mill-aħjar jekk mhux l-aħjar goalkeepers li għandna preżentement.
Buffon baqa’ leali lejn dan it-tim kemm fit-tajjeb u anke fil-ħazin speċjalment meta Juventus ġew relegati fis-Serie B. ’Is-superman’ hekk kif inhu magħruf mas-sapporters Juventini huwa l-captain preżenti tat-tim.
Għalkemm l-età qiegħda hemmhekk però żgur li meta tara lil Buffon jilgħab jurik li l-età ma tagħmilx effett. Se tkun diffiċli ħafna dik il-ġurnata meta se ngħidu ‘addio’ lil dan il-leġġenda ta’ Juventus daqs kemm kienet diffiċli meta rajna t-tmiem ta’ Alex Del Piero ma’ Juventus.
Awguri lil dan il-leġġenda, nisperaw li qabel tmiem il-karriera tiegħu narawh jgħolli l-unika tazza li għadu ma rebaħx, il-Uefa Champions League.
BUFFON SANTO SUBITO!
Ħalli Kumment