Il-Kumitat tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero bi pjaċir iħabbar inizjattiva ġdida li permezz tagħha qed jippremja lill-membri tiegħu b’inċentiv ġdid li jwassal għal traħħis fil-prezz tas-sħubija.
B’mod immedjat, persuna li tissieħeb membru mal-klabb tista’ ddaħħal persuna oħra bħala membru tal-klabb għal nofs il-prezz. Dan fl-istess waqt li ż-żewġ persuni jgawdu mill-istess benefiċċji, inkluż skont minn numru kbir ta’ stabbilimenti lokali, kif ukoll dħul b’xejn fil-klabb. L-offerta tibqa’ valida s’Awwissu u tapplika wkoll għal membri ġodda.
Din l-inizjattiva ssegwi dik imħabbra fl-aħħar jiem, bil-Kumitat jestendi s-sħubija lill-membri kollha tal-klabb b’xahrejn. B’hekk qed jingħata kumpens għax-xhur li l-klabb dam magħluq minħabba r-restrizzjonijiet imposti mill-awtoritajiet tas-saħħa kawża tal-pandemija tal-Covid-19.