Il-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero jħabbar Open Day għal nhar is-Sibt li ġej fil-kwartieri l-ġodda tal-klabb, fi Triq Troubridge, il-Marsa.

Il-klabb jiftaħ sa mill-10:00 u jibqa’ miftuħ għal-logħba kontra Empoli. Matul il-ġurnata se jkun possibbli wkoll li dawk li jattendu jsiru membri tal-klabb kif ukoll membri DOC (is-sħubija diretta ma’ Juventus. Hemm ċans sa Frar għal membri ġodda DOC).

Dawk li jidħlu membri DOC fil-ġurnata jidħlu biċ-ċans li jirbħu wieħed minn dawn ir-rigali:

– Żewġ vouchers ta’ €150 kull wieħed li jissarrfu f’biljetti għal- logħob fil-Juventus Stadium. L-ammont jista’ jintuża matul dan l-istaġun u li jmiss;
– Żewġ biljetti għal post fuq l-istess mejda mal-leġġenda ta’ Juventus Stefano Tacconi waqt il-logħba kontra Milan;
– Żewġ hampers b’valur ta €50 kull wieħed;
– Għaxar sħubiji mal-klabb għall-istaġun li ġej.

Dawk li ssieħbu membri DOC sa Novembru li għadda se jkunu jistgħu jiġbru l-cards tad-DOC wara li dawn intbagħtu lilna mingħand Juventus.

Matul il-ġurnata l-JCMCB Bar & Grill se jkun miftuħ għal dawk li jridu jieħdu xi drink fil-kumpanija tal-membri tal-kumitat jew ħbieb tagħkom li jixtiequ jattendu. Se tkun disponibbli wkoll il-games room.

dical-banner-1200×280