Numru ta’ osservaturi ta’ Bayern München kienu preżenti għal-logħba tal-bieraħ bejn Juventus u Inter f’San Siro, fejn xtaqu josservaw lil Paulo Dybala, li madankollu ma lagħabx.
L-għan ta’ din iż-żjara bla dubju kien wieħed tekniku, hekk kif Juventus u Bayern München jiltaqgħu għal rawnd ieħor fiċ-Champions League.
Madankollu mhux misteru li l-klabb Ġermaniż hu interessat fl-attakkant Arġentin, li jogħġob mhux ftit lill-kowċ tagħhom għall-istaġun li ġej, Carlo Ancelotti.
Sors: Corriere dello Sport