L-eks attakkant Pablo Osvaldo, li llum sar mużiċist rock, irrakkonta dwar il-passat tiegħu man-nazzjonal.
“Man-nazzjonal kont inpejjep flimkien ma’ Gianluigi Buffon u l-kowċ, Cesare Prandelli,” qal Osvaldo.
Kien it-tipjip li wassal biex Osvaldo jħalli lil Boca Juniors, iżda qal li “kienet skuża għaliex fil-kuntratt ma kienx hemm miktub li wieħed ma setax ipejjep.”
Sors: Fox Sports Radio
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






