Massimiliano Allegri ngħaqad ma’ Juventus sentejn ilu wara li l-kowċ Antonio Conte abbanduna l-iskwadra f’nofs il-preparazzjoni għall-istaġun 2014/15.
Kulħadd jiftakar kif dakinhar, mal-wasla tiegħu f’Vinovo, intlaqa’ minn daqqiet ta’ sieq fil-vettura tiegħu u tgħajjir minn grupp ta’ partitarji sempliċiment għaliex hu eks kowċ ta’ A.C. Milan.
Issa jidher li l-prestazzjonijiet tal-iskwadra u r-rebħ ta’ Juventus fl-aħħar wasslu għal paċi, bid-Drughi Ultrà Curva Sud iħallu messaġġ ftit sigħat biss qabel il-logħba kontra Barcelona.
Sors: Drughi
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






