Il-manager internazzjonali Paolo Lugiato, ippremjat għal diversi drabi kemm fl-Italja kif ukoll minn pajjiżi oħra, faħħar il-ħidma finanzjarja ta’ Juventus.

Wara l-aħbar li Juventus mistennija jiddikjaraw profitt ta’ iktar minn €4 miljun, Paolo Lugiato f’intervista qal li l-finanzi ta’ Juventus juru li l-klabb hu wieħed leġġendarju.

Saħansitra kompla li Juventus, klabb fost l-ewwel għaxar potenzi Ewropej f’dak li għandu x’jaqsam mal-finanzi fil-futbol, kapaċi jwassal għal riżultati pożittivi anke għall-Italja in ġenerali.

Sors: TuttoJuve

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280