Grupp ta’ partitarji ta’ Juventus dalgħodu ħatfu l-opportunità tal-wasla ta’ Federico Bernardeschi fil-J Medical biex jipprotestaw kontra n-nuqqas tal-użu tal-flokk numru 10 mis-soċjetà.

Bi strixxun f’idejhom, tliet partitarji mxew sa quddiem l-entratura tal-faċilitajiet mediċi tal-klabb bil-kliem: “In-numru 10 ma jistax jibqa’ mingħajr sid…Merħba Fede!! Li nirbħu hi l-missjoni tagħna!”

Sors: Gianluca Di Marzio

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280