Il-midfielder Franċiż Paul Pogba safa attakkat minn partitarju ta’ Manchester United waqt li kien qed jiekol f’ristorant Indjan.

Jirriżulta li Pogba rrifjuta li jiffirma xi affarijiet ta’ partitarji li kienu qed jieklu fl-istess post. Minkejja li The Sun tgħid li Pogba rrifjuta b’mod pulit u edukat, il-partitarji xejn ma ħadu r-risposta b’mod tajjeb.

Pogba spiċċa mdawwar, akkużat li wriehom nuqqas ta’ rispett u saħansitra waddbulu platt.

Kien hawn li l-ħaddiema tar-ristorant saħansitra talbu l-għajnuna tal-Pulizija, iżda dawn ma laħqux waslu qabel spiċċa l-argument.

Sors: The Sun

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280