Wara ħafna stennija għal dak il-plejer li jmissu jilbes in-numru 10, Juventus ħabbru uffiċjalment li l-plejer li se jkun imissu jilbes dan in-numru huwa Paulo Dybala.

L-istilla Arġentina kien issieħeb ma’ Juventus mingħand Palermo fis-sajf tal-2015 għas-somma ta’ €32 miljun fejn kien ingħata n-numru 21, numru li fil-passat libsuh Andrea Pirlo u anke Zinedine Zidane.

Fl-opinjoni ta’ ħafna partitarji Juventini l-għażla ta’ Juventus li jagħtu n-numru 10 lil Dybala kienet waħda ġusta, iżda hemm ħafna wkoll li l-biża’ tagħhom hu li jiġri l-istess bħal kif ġara ma’ Pogba, fejn wara staġun li ngħata n-numru 10 kien ħalla lil Juventus biex jingħaqad ma’ Manchester United għal somma rekord.

Din id-deċiżjoni u n-numru 10 innifsu mistennija jġibu iktar responsabbiltà lil Dybala. Iżda kienet deċiżjoni ġusta? Jimmeritah li jilbes dan in-numru prestiġġjuż?

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280