France Football mistennija tħabbar il-lista ta’ 30 plejer li se jkunu nominati għall-premju tal-Ballon d’Or iżda ħames plejers minn dawn it-tletin diġà gew imħabbra u wieħed minnhom huwa propju Paulo Dybala.

L-erba’ plejers l-oħra huma Neymar, N’Golo Kante, Marcelo u Luka Modrić.

Minkejja li se tkun diffiċli għall-istilla Arġentina li jirbaħ dan il-premju, żgur li din in-nomina hija meritata għal dan il-plejer li reġa’ kien strumentali fi staġun mimli suċċessi għal klabb Juventin.

Sors: Gianluca di Marzio

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280