Bhalissa mal-Juventini l-21 huwa n-numru maġiku, in-numru fenomenali. Però n-numru 21 mhux għall-Juventini biss huwa speċjali, iżda wkoll ghal-Paulo Dybala u l-istorja Juventina.

Dan għaliex bil-gowl tal-bieraħ Paulo Dybala laħaq lil Carlos Tevez fin-numru ta’ gowls skurjati fl-ewwel staġun ma’ Juventus.

Penaltì fid-90 minuta li fisser ħafna kemm għal Juventus kif ukoll għal Paulo Dybala.

21 gowl fl-ewwel staġun, b’żewġ logħbiet għad iridu jintlagħbu: l-aħħar logħba tal-istaġun kontra Sampdoria u l-finali tal-Coppa Italia kontra AC Milan.