Hekk kif kważi Juventus lagħbu iżjed minn seba’ logħbiet dan l-istaġun, għad hemm dubju żgħir dwar l-attakkant Arġentin Paulo Dybala.
L-attakkant ġojjell ta’ Juventus, li sa issa naqas għalkollox milli jsib ix-xibka dan l-istaġun. Plejer li staġun ilu kien pedina importanti ħafna fejn skorja kważi għoxrin gowl ma’ Juventus.

Il-mistoqsija hija waħda: Dybala qed jiddiżappunta jew qed inħossuna strambi issa għax mhux naraw ismu fuq il-lista tal-iskorers?

Bl-akkwist kbir ta’ Gonzalo Higuaín, bilfors stennejna xi nuqqas minn Paulo Dybala. Nafu kemm dan il-plejer jaħdem għat-tim u nafu wkoll li kapaċi joffri numru kbir ta’ assists u blalen perikolużi lil sħabu. B’Gonzalo Higuaín, Paulo Dybala qed jonqos milli jsib ix-xibka però qed narawh iżjed jaħdem għal kull plejer u sħabu fil-grawnd ftit iżjed mis-sena l-oħra. Forsi huwa pjan ta’ Allegri? Jista’ jkun. Paulo Dybala wkoll jgħid li huwa ta’ għajnuna kbira għal sħabu fejn jgħid li hu jagħmel dak kollu li jista’ biex Juventus joħorgu rebbiħin, saħansitra jissagrifika li ma jkunx fost l-iskorers biex jitma’ lil sħabu l-oħrajn.

Dubju li Dybala mhux għaddej minn żmien ħażin m’għandniex, għaliex għaddej minn żmien tajjeb ħafna u qed jagħmel prestazzjonijiet eċċellenti. Però għad jonqos il-gowl li jaf jibda t-triq ta’ numru ta’ gowls dan l-istaġun.

U bħal ma jkantawlu s-sapporters fil-grawnd, se ntemm dan l-artiklu jien ukoll għax nemmen li l-istaġun ta’ gowls għal Paulo Dybala għadu se jibda:

“Oiii oiii oiii oiii Paulo Dybala segna per noi!”

dical-banner-1200×280