L-eksdifensur Fabio Petruzzi, li fost l-oħrajn lagħab għal Roma, ikkritika lil Roma għan-nuqqas ta’ ħidma biex l-iskwadra tissaħħaħ.
“Pjanić ingħaqad ma’ Juventus biex jirbaħ? Il-fatti juru dan għax id-diriġenti ta’ Roma mhuma jagħmlu xejn biex isaħħu l-iskwadra. Għall-kuntrarju, Juventus għamlu akkwisti importanti u qed jissemmew oħrajn,” fakkar Petruzzi.
Kompla li Roma neħħew lil Pjanić, weġġa’ Rudiger u mhux jissemmew akkwisti ġodda.
Sors: TMW Radio





