L-attakkant Kroat u ta’ Juventus Mario Mandžukić se jkun qed jirritorna lura Turin qabel mistenni bi ftehim mal-federazzjoni tal-futbol Kroata. Wara li Higuaín, Dani Alves u Barzagli telqu mill-kampijiet tat-timijiet rispettivi tagħhom, issa jmiss lil Mandžukić li nhar it-Tnejn se jkun disponibbli għat-taħriġ taħt il-gwida ta’ Massimiliano Allegri.
Din l-aħbar żgur li niżlet għasel ma’ Allegri minħabba li se jkollu plejer ieħor titulari għat-taħriġ aktar kmieni milli maħsub. Juventus imisshom żewġ logħbiet kruċjali kontra Napoli, waħda tal-kampjonat u l-partita l-oħra tat-tieni leg tas-semifinali tal-Coppa Italia.
Sors: Tuttosport
Ħalli Kumment