Kien il-Kolombjan Carlos Bacca li żamm lil Milan b’riżultati pożittivi b’rebħa ta’ 1-0 kontra Sampdoria meta dan skurja biex ta 3 punt lir-Rossoneri u fl-aħħar logħba li ntlagħbet f’nofs il-ġimgħa kontra Lazio, fejn huwa skurja gowl ieħor.

Bacca qed ikollu staġun tajjeb ħafna fejn huwa ġa skurja 5 gowls li taw lil Montella 9 punti minn 9. Saħansitra Bacca kien protagonist f’kull rebħa ta’ Milan s’issa din is-sena.

Sud-Amerikan ieħor li din il-ġimgħa ħalla ismu fuq l-attakk, flimkien ma’ Icardi u Higuaín.

dical-banner-1200×280