Fil-laqgħa tal-Lega Serie A li saret iktar kmieni llum ġew diskussi xi dati relatati mal-istaġun li ġej tal-futbol Taljan. F’din il-laqgħa ġie deċiż li l-kampjonat Taljan jibda fl-20 t’Awwissu, għalkemm ix-xewqa ta’ Ventura kienet li jibda fit-13 t’Awwissu minħabba li fl-1 ta’ Settembru hemm logħba importanti bejn l-Italja u Spanja.
F’din il-laqgħa ġie propost ukoll li l-waqfa tax-xitwa timxi b’xi ġranet ‘il quddiem. Mill-istaġun li ġej mistenni li jkun hemm partiti tal-kampjonat fit-23/24 u fit-30/31 ta’ Diċembru u fis-6 ta’ Jannar. B’hekk il-waqfa tax-xitwa tkun bejn is-7 u l-20 ta’ Jannar.
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com
Ħalli Kumment