Hekk kif kollox qed jindika li Nanitamo Ikoné għażel li jissieħeb ma’ Juventus, fi Franza jingħad li PSG huma rrabjati bi kbir għal dan it-trasferiment.
Dan hekk kif Ikoné mistenni jingħaqad ma’ Juventus b’somma miżera ta’ €1.5 miljun, għaliex il-plejer naqas milli jiffirma l-ewwel kuntratt professjonali mal-klabb Franċiż.
L-akkwist ta’ Ikoné jsegwi dak ta’ Kingsley Coman, ukoll b’xejn. Kien hemm żmien meta Juventus ippruvaw jakkwistaw ukoll lil Adrien Rabiot mingħand l-istess klabb.
Jidher li l-plejer kellu offerti wkoll mingħand Tottenham u Liverpool, iżda għażel li jilgħab fl-Italja. Juventus iddefendew l-offerta tagħhom billi qalu li kieku m’offrewx huma, il-plejer ta’ 18-il sena xorta waħda kien se jħalli lil PSG.
Sors: Corriere dello Sport





