Is-sit JuventusMalta.com, li tnieda fi tmiem Frar li għadda, nhar is-Sibt 17 ta’ Lulju rreġistra rekord assolut bl-artikli ppubblikati jinqraw 4,751 darba.

Dan ir-rekord jaqbeż bi kbir dak ta’ qablu, meta fid-19 ta’ Ġunju li għadda l-artikli dakinhar inqraw 3,334 darba.

Fl-aħħar jiem is-sit kien qed jirreġistra żieda kbira ta’ kuljum, grazzi wkoll għall-attività qawwija ta’ Juventus fis-suq tat-trasferimenti, inkluż b’numru ta’ akkwisti.

Fil-fatt mid-9 ta’ Lulju sal-bieraħ, jiġifieri f’perjodu ta’ tmint ijiem, l-artikli fuq is-sit inqraw 21,104 darba, jew aħjar medja ta’ 2,638 kuljum.

Fid-dawl ta’ dan, il-Kumitat jirringrazzja lil dawk kollha li jappoġġjaw dan is-sit, lill-isponsors li għenu biex il-ħolma li jitwaqqaf dan is-sit issir realtà, kif ukoll lill-kontributuri u lill-qarrejja tal-provi li jiddedikaw tant ħin biex tiżdied il-kwalità offruta.

dical-banner-1200×280