Juventus ħatru lil Riccardo Agricola bħala d-Direttur Sanitarju ġdid tal-J Medical, li se joffri l-faċilitajiet mediċi ewlenin lil Juventus.
Agricola, li għandu 71 sena, kien it-tabib ta’ Juventus bejn l-1985 u l-2009 u ismu hu marbut mas-suċċessi tal-era Marcello Lippi.
Madankollu, il-ħatra ta’ Agricola wasslet biex nibtet mill-ġdid il-kontroversja. Dan għaliex kien parti minn proċess dwar l-akkużi ta’ Zdeněk Zeman fuq użu ta’ sustanzi illeċiti minn plejers ta’ Juventus fi tmiem is-snin 90.
Agricola kien kundannat għal sena u għaxar xhur qabel inħeles mill-akkużi fl-appell. Finalment il-każ ingħalaq definittivament minħabba l-preskrizzjoni fl-2007.
Sors: La Gazzetta dello Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






