Il-klabb akkwista ritratt iffirmat mil-leġġenda ta’ Juventus, il-goalkeeper Dino Zoff. Ir-ritratt se jittella’ b’irkant, bl-ogħla offerta tmur bħala donazzjoni lil Puttinu Cares.
Malli l-flus jgħaddu għand Puttinu Cares, ir-rebbieħ jingħata wkoll irċevuta tal-għotja bħala prova tad-donazzjoni.
L-offerti jistgħu jsiru billi jintbagħat imejl fuq info@juventusmalta.com bit-titlu: ‘Irkant Dino Zoff’ u jibqgħu jintlaqgħu sa nhar il-Ħadd 20 ta’ Marzu f’nofsillejl.