Il-Kumitat tal-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero jħabbar li ntlaħaq ftehim ta’ kollaborazzjoni maċ-cinemas lokali (kemm Eden Cinemas kif ukoll Embassy) biex il-membri tal-klabb igawdu minn skont ta’ €1 fuq il-biljett tal-film Bianconeri: The Juventus Story.

L-ebda Juventin m’għandu jitlef dan il-film li jittratta f’dettall liema bħalu l-istorja ta’ Juventus, b’intervisti ma’ wħud mill-aktar personaġġi prominenti mill-ambjent Juventin, kif ukoll features minn logħob memorabbli.

Il-prezz tal-biljett għal dan il-film huwa ta’ €10, iżda dawk kollha li juru t-tessera tal-klabb se jibbenefikaw minn skont ta’ €1.

Dan l-iskont japplika biss għat-tariffi tal-adulti u ta’ filgħaxija. Dan għaliex fil-ħinijiet l-oħra l-prezz tal-film hu mraħħas diġà.

dical-banner-1200×280