Kull Juventin u d-dirigenza Juventina x’aktarx se jkollhom sajf ta’ tensjoni. Bil-Euro 2016 fi Franza, il-preżenza ta’ ħafna plejers ta’ Juventus tnissel biża’ mill-injuries.
Iżda iktar minn hekk hemm il-kwistjoni ta’ Paulo Dybala, li wkoll se jkun impenjat mat-tim Nazzjonal Arġentin fil-Copa America u l-Olimpjadi fi spazju ta’ xahrejn: f’Ġunju u Awissu.
Miegħu jista’ jkun hemm konvokati wkoll Roberto Pereyra, Alex Sandro u Juan Cuadrado.
Sors: TuttoJuve





