Daqqa ta’ ħarta għal Sassuolo wara li lbieraħ, fir-rebħa ta’ 2-1 kontra Pescara, Domenico Berardi kellu jinħareġ mill-grawnd minħabba injury.
Jirriżulta li l-attakkant sofra injury fl-għaksa li madankollu mhix serja, mingħajr ħsara fil-muskoli jew joints.
Għalkemm għad fadal iżjed testijiet xi jsiru, teżisti l-possibbiltà li Berardi ma jilħaqx jirkupra għal-logħba kontra Juventus.
Sors: Sportmediaset