Juventus jidher li qed jikkunsidraw li l-logħob jixxandru b’mod dirett fuq is-sit uffiċjali tal-klabb, minflok ibigħu d-drittijiet lil Sky jew Mediaset.

Il-provokazzjoni toħroġ hekk kif f’dawn il-jiem qed isiru diskussjonijiet dwar tibdil tad-drittijiet televiżivi għal-logħob tas-Serie A.

It-tibdil aktarx ifisser li klabbs ikunu jistgħu jbigħu d-drittijiet televizivi b’mod individwali. Jekk Juventus jieħdu din id-deċiżjoni, kull min irid jara logħba ta’ Juventus ikollu jħallas abbonament fuq is-sit uffiċjali biex jara l-logħba.

Iżda għad fadal li tissolva l-problema dwar x’se jiġri mill-avversarji ta’ kull logħba ta’ Juventus. Se jkun possibbli li jħallsu abbonament għal logħba waħda biss?

Sors: Juve Magazine

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280