Wara l-għajdut kbar li Stephan Lichtsteiner seta’ jissieħeb ma’ Inter, kmieni dalgħodu l-plejer Żvizzeru tkellem permezz tal-midja soċjali u xejjen kull għajdut li bejnu u bejn Juventus kien hemm tip ta’ ġlied jew mibegħda.

“Jgħoddu l-fatti mhux il-paroli. Jien se nibqa’ nagħti kollox għal Juventus u għandi rispett kbir lejn is-soċjetà. Bħalma dejjem kelli. Tagħtux kas il-paroli. Fino alla fine forza Juventus!” saħaq l-Iżvizzeru.

Stephan Lichtsteiner ingħaqad ma’ Juventus fl-2011 u rebaħ il-ħames kampjonati konsekuttivi mirbuħa minn Juventus.

Sors: Stephan Lichtsteiner (profil uffiċjali)

dical-banner-1200×280