Id-difensur promettenti ta’ Juventus Daniele Rugani ġie mistoqsi rigward jekk tpattija fil-logħba tkunx l-aħjar mod possibbli biex jintesew iż-żewg logħbiet ma’ Milan ta’ dan l-istaġun.

“Bla dubju li f’moħħna għandna li nwettqu tpattija kontra Milan. It-telfa ġewwa s-San Siro u ġewwa Doha ħallewna b’togħma qarsa ħafna u rebħa għada fil-Coppa Italia hija l-aħjar mod possibbli biex ninsew dak li ġara f’dawk iż-żewg konfronti.”

“Fil-konfront kontra Lazio ikkonfermajna dak li ilna nafu rigward it-tim ta’ Juventus, li ma jfallix għal żewg logħbiet wara xulxin. Wara d-disfatta ġewwa Firenze, ħrigna aggressivi u wrejna l-veru potenzjal tagħna fil-partita kontra Lazio.”

“Bil-mod il-mod qed nibdew nidħlu lejn l-iktar fażi kritika tal-istaġun. Fil-kampjonat bdejna t-tieni rawnd ta’ logħob u b’hekk issa se tibda l-ġirja finali. Fil-UEFA Champions League daqt se nibdew il-fażi eliminatorja u għalhekk qed naħdmu bl-aħjar mod anke fiżikament biex inkunu lesti għal kull eventwalità.”

Fl-aħħar nett Daniele Rugani ġie mistoqsi rigward il-logo l-ġdid ta’ Juventus u x’inhi l-opinjoni tiegħu.

“Il-Black & White & More kienet serata sabiħa ħafna. Il-logo l-ġdid lili għoġobni għax juri li hemm pjan sabiħ għall-futur ta’ dan it-tim. Fl-opinjoni tiegħi hija xi ħaga innovattiva.”
Sors: TuttoJuve

dical-banner-1200×280