Il-Kumitat tal-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero qed jilqa’ espressjonijiet ta’ interess minn persuni li jixtiequ jmexxu l-vetrina tal-klabb u l-bejgħ ta’ merchandising relatat ma’ Juventus.
Dawk interessati se jintalbu jżuru l-premises tal-klabb biex jaraw l-opportunitajiet offruti fil-preżent, iżda wkoll fil-futur immedjat fejn il-klabb se jkabbar l-operat tiegħu.
Il-klabb għandu wkoll sistema onlajn u allaċċata mas-sit tal-klabb li min jieħu t-tmexxija tal-vetrina tal-klabb se jkollu l-opportunità li jużaha biex ibigħ il-prodotti anke onlajn.
Dawk interessati huma mitluba jibagħtu email fuq admin@juventusmalta.com sa mhux aktar tard mit-Tnejn 8 t’Awwissu biex ikunu jistgħu jaraw il-faċilitajiet li joffri l-klabb kif ukoll il-kundizzjonijiet għat-tmexxija tal-vetrina.
Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero,
L-Imrieħel.