Il-Kumitat tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero qed jagħmel sejħa għall-offerti għat-tmexxija tal-bar u kċina tal-klabb.

Il-Kumitat ħa d-deċiżjoni li ssir bidla hekk kif qed iħares lejn proġett ġdid bl-għan li l-klabb ikun utilizzat għall-potenzjal massimu tiegħu, bil-possibbiltà li jiftaħ b’mod iktar regolari anke matul il-ġimgħa kif ukoll enfasi ikbar fuq l-attivitajiet.

Is-sejħa għall-offerti tiftaħ nhar is-Sibt 25 ta’ Lulju u l-offerti jibqgħu jintlaqgħu sal-Ġimgħa ta’ wara (31 ta’ Lulju) biex imbagħad il-Kumitat jgħaddi għall-fażi tal-għażla u l-iffirmar ta’ kuntratt ġdid.

Dawk interessati huma mitluba jibgħatu email fuq info@juventusmalta.com biex jingħataw id-dettalji tas-sejħa għall-offerti.

Il-Kumitat jirringrazzja lit-tmexxija uxxenti tal-JCMCB Bar & Grill tas-servizz tagħhom fl-aħħar snin.