Il-Gvern Taljan ħareġ digriet li permezz tiegħu ordna li attivitajiet sportivi jkomplu wara bibien magħluqa. Id-digriet jaffettwa wkoll il-logħob tas-Serie A, Coppa Italia kif ukoll taċ-Champions League.
Id-direttiva tal-Gvern Taljan tibqa’ valida sat-3 t’April. Madankollu mhux eskluż li sadattant tinħareġ xi ordni oħra li testendi dan il-perjodu.
Il-Kumitat jappella lill-membri tiegħu biex jinfurmaw ruħhom sew qabel jieħdu deċiżjoni li jaqtgħu biljetti tal-ajru jew tal-grawnd għal-logħob li jmiss.
Il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero se jkompli jaġġorna lill-membri tiegħu ladarba jkun hemm deċiżjonijiet uffiċjali. Dawk li bbukkjaw biljetti direttament mingħand il-klabb qed jiġu kkuntattjati b’mod personali.