Il-Kumitat tal-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero jieqaf mal-Juventini li sfortunatament sofrew xi ġrieħi wara l-inċidenti fi Piazza San Carlo, f’Turin.
Jirriżulta li kien allarm falz ta’ attakk terroristiku, li aktarx beda wara ħoss ta’ splużjoni, li wassal biex dawk kollha fi Piazza San Carlo bdew jippruvaw jaħarbu mill-post f’dan. Dan wassal fost l-oħrajn għal kollass ta’ struttura li fuqha kien hemm il-partitarji.
Sfortunatament dan wassal biex diversi persuni, inkluż membri tal-klabb, sofrew xi ġrieħi li fil-maġġoranza tagħom huma ġrieħi ħfief. Oħrajn qed isofru minn xokk.
Filwaqt li l-Kumitat jesprimi diżappunt u solidarjetà mal-vittmi, b’mod speċjali l-Juventini Maltin, infakkru li f’każ ta’ bżonn, l-Ambaxxata Maltija fl-Italja tista’ tiġi kkuntattjata fuq +39 348 2412437.