Wara li tlesta x-xogħol li kien hemm bżonn isir fis-swali tal-klabb fil-Marsa, issa kollox jinsab lest biex tiġi konkluża l-inizjattiva The 300.

Fid-dawl ta’ dan, il-Kumitat jixtieq jistiednek għal ċerimonja qasira li se ssir nhar l-Erbgħa 18 ta’ Ottubru fit-20:00 u li matulha se tinkixef plakka bl-ismijiet tagħkom jew l-għeżież tagħkom li kienu parti mill-inizjattiva The 300.

Din il-plakka se titpoġġa f’post prominenti fil-klabb qrib flokk ta’ Claudio Marchisio, simbolu ta’ Juventus, bin-numru 300 fuqu u b’dedika speċjali lill-klabb. Dan f’xhieda tal-importanza li l-Kumitat jagħtik tal-appoġġ.

Minbarra din il-plakka, il-klabb fih innifsu hu l-ikbar riknoxximent għall-għotja tiegħek fi żmien meta kien hemm bżonn investiment importanti biex nimxu għal premises ġodda.

L-ispejjeż għadhom kbar u għad fadal iżjed proġetti xi jsiru, iżda grazzi għall-fondi mill-inizjattiva The 300, illum il-membri jistgħu jgawdu minn 2 swali mill-isbaħ, bar ta’ livell għoli, żewġ żoni użati bħala reception minbarra diversi uffiċċji li jintużaw għal servizzi differenti kif ukoll teknoloġija tal-ogħla kwalità.

Wara ċ-ċerimonja, mistednin ukoll biex tingħaqdu magħna għal-logħba bejn Juventus u Sporting, mill-fażi tal-gruppi taċ-Champions League.