Il-kumpanija Stemcells Malta hija main sponsor ġdid tal-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero.
Stemcells Malta joffru servizz ta stem cell banking li jgħin f’każijiet bħal dijabete, kundizzjonijiet tal-qalb u f’każ ta mard li għandu x’jaqsam mad-demm, bħal-leukemia.
F’kummenti dwar din l-aħbar, il-President tal-klabb Omar Busuttil qal li filwaqt li l-klabb japprezza dan il-ftehim ma’ ażjenda unika f’pajjiżna, huwa wkoll ta’ pjaċir għall-klabb li jilqa’ fil-familja lil kumpanija li toffri servizzi li jistgħu joħolqu differenza kbira fil-ħajja ta’ kull individwu.
“Is-servizz ta’ Stemcells Malta jaf ibiddel għall-pożittiv il-ħajja tal-individwu. Nappella minn qalbi lil kull ġenitur biex jinforma ruħu sew dwar Stemcells Malta, u dak li llum jista’ jsir bis-saħħa ta’ teknoloġija moderna bħal din,” qal Busuttil.
Kull min għandu jew se jkollu t-tfal għandu jsir jaf aktar dwar dawn is-servizzi billi jidħol fis-sit www.stemcellsmalta.com jew jitlob appuntament fuq info@stemcellsmalta.com
Il-klabb joffri fost l-iktar pakketti attraenti ta’ riklamar għal dawk kollha li jgħinu lill-klabb. Għalhekk, jekk tixtieq tilħaq lil eluf ta’ Maltin u tgawdi int jew il-kumpanija tiegħek, ibgħat email fuq admin@juventusmalta.com.
Ħalli Kumment