Ġiet fi tmiemha s-sanzjoni fil-konfront tal-President ta’ Juventus Andrea Agnelli, li f’sentenza preċedenti kien qala’ inibizzjoni ta’ sena.

Il-Qorti Federali tal-FIGC llum iddeċidiet li tispiċċa l-inibizzjoni li kien ingħata, f’każ dwar relazzjoni mal-mafja meta kienu jingħaddu biljetti lill-ultras, u minflok hu jrid iħallas multa ta’ €100,000.

Barra minn hekk, il-partitarji ta’ Juventus mhux se jitħallew fil-Curva Sud fl-ewwel logħba interna fl-2018, jiġifieri fil-logħba kontra Genoa. Dan minflok multa ta’ €600,000 lil Juventus li kienet ingħatat fl-ewwel sentenza.

Sors: La Gazzetta dello Sport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280