Il-klabb akkwista tazza li ffirma l-attakkant Arġentin Paulo Dybala, li kien f’pajjiżna iktar kmieni matul is-sena li għaddiet.

Din it-tazza ffirmata għaddiet għand il-klabb grazzi għal Samuele Di Lecce, sid ir-ristorant Il Ponte li jinsab f’San Ġiljan. Dan fi tmiem ikla li għaliha attenda l-leġġenda ta’ Juventus, Stefano Tacconi.

Din it-tazza issa tiżdied mal-kollezzjoni ta’ memorabilia, fosthom flokkijiet iffirmati u kotba storiċi, li l-klabb xtara matul is-snin u oħrajn li għaddew b’self għall-kollezzjoni tal-klabb.

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280