Hemm kważi tim Juventin sħiħ li qed jirriskja li se jibqa’ d-dar u jara t-Tazza tad-Dinja tal-2018 ġewwa r-Russja minn fuq is-sufan.

Mhux biss l-Azzurri ta’ Ventura li bħal bosta kowċis tat-tim nazzjonali tal-Italja jagħżel ħafna plejers ta’ Juventus meta tasal xi kompetizzjoni internazzjonali importanti, iżda anki plejers oħra Ewropej kif ukoll Sud Amerikani qed jirriskjaw li ma jeħdux sehem fit-Tazza tad-Dinja li jmiss. Ejja naraw liema huma.

Huma verament ftit dawk il-plejers li huma moħħhom mistrieħ li se jkunu qed jilagħbu ġewwa r-Russja. Dawn huma Khedira u Höwedes, żewġ Champions tad-Dinja li minkejja ma lagħbux l-aħħar logħob ġa huma kkwalifikati. Nazzjonal ieħor li ġa huwa matematikament ikkwalifikat huwa l-Brażil, iżda jidher li fil-preżent la Alex Sandro u lanqas Douglas Costa ma għandhom post. It-tnejn iridu jikkonvinċu lill-kowċ Tite bil-logħob tagħhom ma’ Juventus tul dan l-istaġun.

Huma ħamsa dawk li kważi moħħhom mistrieħ li fis-sajf li ġej se jivvjaġġaw żgur lejn ir-Russja u tnejn minn dawn huma Sud Amerikani. Dawn huma l-Urugwajan Bentancur (li jidher li impressjona anki lil Oscar Tabarez) u l-Kolombjan Cuadrado. Fl-Ewropa fadal verament ftit sabiex l-Iżvizzeru Lichtsteiner u l-Pollakk Szczęsny jakkwistaw il-pass għar-Russja.

Kwalifikati wkoll Franza ta’ Blaise Matuidi, li mindu ngħaqad ma’ Juventus jidher li reġa’ kiseb il-fiduċja ta’ Didier Deschamps li sejjaħlu mill-ġdid u saħansitra skurja fil-logħba kontra l-Bulgarija

Iżda kif ġa semmejna hemm riskju kbir għal numru ġmielu ta’ Juventini li jistgħu ma jikkwalifikawx għal din il-kompetizzjoni tant importanti. Dawn huma l-plejers Taljani kważi kollha ta’ Allegri. Tibda mill-captain Buffon, u Barzagli li kienu Champions tad-Dinja flimkien fl-2006 u tkompli bi Chiellini, Rugani, De Sciglio iżda anki b’Marchisio u Bernardeschi. Ir-riżultat ta’ 1:1 kontra l-Finlandja kkumplika wkoll il-pjanijiet tal-Kroazja ta’ Mandžukić u Pjaca.

L-istess għamel id-draw ta’ 0:0 kontra l-Perù tal-Arġentina ta’ Dybala li miegħu tista’ żżid ukoll lil Higuaín li spiss ġie injurat minn Sampaoli. Il-Bożnja ta’ Pjanić ukoll għadha mdendla. Ikkumplikata ħafna s-sitwazzjoni tal-Ghana ta’ Asamoah filwaqt li l-Marokk ta’ Benatia jinsab żewġ punti taħt il-Kosta tal-Avorju b’logħba inqas.

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280