Il-kumpanija rinomata TCTC, li titmexxa minn Ray Abela, ingħaqdet mal-lista ta’ sponsors tal-klabb.
Permezz tas-Sur Abela, eluf ta’ persuni rnexxielhom jitgħallmu jagħmlu użu aħjar mit-teknoloġija matul is-snin, grazzi għal diversi intervisti u programmi edukattivi fuq it-televiżjoni.
L-esperjenza miksuba matul is-snin, kif ukoll permezz ta’ riċerka kontinwa, TCTC toffri diversi programmi ta’ taħriġ għal persuni ta’ kull età. Dawn ivarjaw minn taħriġ dwar użu aħjar tal-mezzi soċjali, ECDL u taħriġ tekniku.
Il-Kumitat tal-klabb jirringrazzja lis-Sur Abela u t-tim tiegħu u jappella lill-membri kollha biex jinvestu fit-taħriġ tagħhom permezz tas-servizzi offruti minn TCTC.
Aktar informazzjoni tinsab fuq is-sit www.tctcmalta.com
Ħalli Kumment