Nhar is-Sibt 24 ta’ Frar il-klabb se jieħu l-ħajja hekk kif matul il-ġurnata se jsir turnew tal-logħba tant popolari Tekken 7.

Dan it-turnew illum il-ġurnata kiseb reputazzjoni u popolarità f’pajjiżna, bl-organizzaturi tiegħu li din is-sena għażlu lill-JCMCB Bar & Grill biex jospitah.

Għal din l-okkażjoni, wieħed jista’ jipparteċipa jew bħala kompetitur (€15 li jinkludi wkoll ikla u soft drink) jew bħala spettatur (€7 li jinkludi wkoll ikla u soft drink).

Il-biljetti jistgħu jinkisbu mill-JCMCB Bar & Grill stess.

Din hi biss attività waħda minn sensiela ppjanati għax-xhur li ġejjin fil-JCMCB Bar & Grill. Jekk tixtieq tuża s-swali tal-klabb kemm għal riċevimenti kif ukoll għal attivitajiet oħra tista’ tagħmel kuntatt magħna għal iżjed dettalji.