Għal-logħba bejn Juventus u Monaco, il-UEFA appuntat terna arbitrali Olandiża.

Ir-referee ta’ din il-logħba se jkun Björn Kuipers bl-assistenti tiegħu jkunu Sander van Roekel u Erwin Zeinstra filwaqt li r-raba’ ufficjal ikun Mario Diks. Ir-referees addizzjonali se jkunu Danny Makkelie u Pol van Boekel.

Kuipers kien irreffja lil Juventus fid-draw ta’ 0-0 kontra Barcelona fil-Camp Nou fil-kwarti finali.

Sors: UEFA

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280