Il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero javża lil dawk li jixtiequ jakkwistaw it-Tessera del Tifoso, billi japplikaw mal-klabb, li hemm ċans sa tmiem Jannar biex isir dan.

Dan japplika għal min, sa tmiem Jannar, ma jkunx parti mill-Juventus Official Membership (li kienet id-DOC). Din is-sħubija diretta ma’ Juventus tista’ ssir sa tmiem Jannar.

Il-Kumitat ifakkar li, minn dan l-istaġun, l-ammont ta’ logħob li jirrikjedu l-pussess ta’ Tessera del Tifoso żdiedu. It-Tessera del Tifoso, valida għal għaxar snin, hi utli wkoll għal dawk li jixtiequ jiksbu biljetti mingħand sidien ta’ season tickets.

Wara Jannar, dawk kollha li jiġu bżonn it-Tessera del Tifoso, u mhux fil-pussess tal-Juventus Official Membership (li kienet id-DOC), iridu jagħmlu dan personalment u l-klabb ma jkunx jista’ jirrappreżentahom.

Dawk interessati li jiksbu iktar informazzjoni huma mitluba jikkomunikaw mal-klabb fuq tdt@juventusmalta.com.