Ġimgħa ġdida tfisser ġimgħa oħra ta’ xogħol għall-membri tal-Kumitat bl-għan li l-premises ġodda li se jilqgħu lill-Juventini Maltin ikunu lesti sa Jannar li ġej.

Il-ġimgħa li għaddiet beda x-xogħol fuq id-dawl f’dan il-post li se jiżżanżan propju mill-Juventini. Dan ix-xogħol qed ikompli llum u matul il-jiem li ġejjin.

Ix-xogħol li hemm bżonn isir hu wieħed vast ħafna, hekk kif il-Kumitat għażel binja ġdida biex b’hekk tkun tista’ titqassam eżattament skont il-bżonnijiet tal-klabb.

Kif tħabbar fl-aħħar jiem, il-klabb se jkun fil-Marsa, f’żona fejn fix-xhur li ġejjin se tinbidel totalment bil-proġett tal-villaġġ tal-karnival u garaxxijiet għall-bands.

Dan il-pass ġdid se jġib spejjeż kbar lill-Kumitat li jaħdem b’mod volontarju, u fuq kollox xogħol biex fi ftit xhur il-post ikun lest biex jilqa’ lill-Juventini Maltin.

L-appell hu biex dawk li jixtiequ jgħinu iżjed, kemm b’donazzjonijiet ta’ oġġetti, memorabilia jew materjal, inkella jixtiequ jagħtu daqqa t’id b’mod manwali jew ikunu sponsors tal-klabb, jibagħtu email fuq admin@juventusmalta.com biex jingħataw dettalji dwar il-pakketti ta’ riklamar.

dical-banner-1200×280