Il-Pulizija madwar id-dinja, riċentement fl-Italja u issa wkoll fl-Ingilterra, qed ikomplu bil-ġlieda tagħhom kontra d-distribuzzjoni ta’ mezzi ta’ streaming illegali.

Fl-iktar każ riċenti, il-Pulizija fl-Ingilterra arrestaw ħames persuni akkużati li biegħu sistemi ta’ software (Kodi) li jintużaw biex wieħed ikun jista’ jara stazzjonijiet IPTV għal films, mużika, logħob jew logħob tal-futbol fost oħrajn.

Dawn il-mezzi, li jintużaw ukoll f’Malta, huma illegali għaliex l-istazzjonijiet li jipprovdu s-servizz oriġinali ma jirċevux flus ta’ abbonamenti ladarba d-distribuzzjoni tagħhom tkun qed issir b’mod illegali.

Sors: The Telegraph

dical-banner-1200×280