Hekk kif għad fadal 29 ġurnata biex tiskadi l-inizjattiva The 300, il-klabb laħaq nofs l-ammont ta’ flus li hemm bżonn għal proġetti li hemm bżonn isiru fil-post ġdid tal-klabb.

The 300 hi inizjattiva li permezz tagħha 300 Juventin qed jintalbu jappoġġjaw finanzjarjament lill-klabb, u jnaqqxu isimhom b’mod permanenti fil-post ġdid tal-klabb bħala kontributuri.

It-talba minima hi ta’ €20, iżda min joffri iżjed se jkollu l-opportunità li jniżżel iktar ismijiet. Possibbli wkoll li wieħed iniżżel isem it-tfal, ġenituri jew persuni oħra li mhux l-istess nies li jkunu taw donazzjoni.

Agħfas hawn jekk int ukoll tixtieq tnaqqax ismek fl-istorja.

dical-banner-1200×280