L-attakant Arġentin u l-awtur tal-penalty rebbieħ kontra Milan Paulo Dybala sostna li tkun xi ħaġa speċjali jekk jirnexxilu jsib ix-xibka kontra l-goalkeeper Spanjol, Iker Casillas.

Fl-ewwel leg ġewwa l-Portugall Dybala ma rnexxilux isib ix-xibka iżda jinsab kunfidenti li jista’ jagħmel dan fil-Juventus Stadium.

“Ovvjament li tkun xi ħaġa sabiħa li niskurja kontra Casillas. Li niskurja l-gowls huwa dmir tiegħi u li nagħmel hekk kontra goalkeeper tal-livell tiegħu tkun xi ħaġa speċjali. Il-gowls li skurjajna fil-Portugall se jkunu fundamentali però rridu nibqgħu konċentrati sal-aħħar biex nevitaw il-periklu li jistgħu joħolqulna Porto. Hija l-ħolma tagħna li ngħollu l-Uefa Champions League però biex inwettqu din il-ħolma rridu negħlbu diversi ostakli fosthom dak li jmiss kontra Porto.”

Sors: TuttoJuve

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280