Il-kowċ Massimiliano Allegri, il-goalkeeper u captain Juventin Gianluigi Buffon, u l-internazzjonali Kroat Mario Mandžukić huma nnominati fl-awards tal-FIFA tal-2017, liema awards huma bbażati fuq il-logħob tal-istaġun li għadda.
Massimiliano Allegri ġie nnominat flimkien mal-eks kowċ Juventin, issa kowċ ta’ Chelsea, Antonio Conte u mal-kowċ taċ-Champions Ewropej, Zinedine Zidane. Buffon jinsab innominat flimkien man-numru wieħed ta’ Real Madrid, Keylor Navas u mal-internazzjonali Ġermaniż, Manuel Neuer.
Fl-aħħar nett, il-gowl li ġie skurjat minn Mario Mandžukić fil-finali taċ-Champions League kontra Real Madrid ġie nnominat għall-Puskas Award.
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com