L-osservaturi tekniċi tal-UEFA llum ħabbru t-18-il plejer magħżula li għamluha fit-tim taċ-Champions League ta’ dan l-istaġun. F’dan it-tim, Juventus għandhom tliet plejers jirrappreżentawhom.

In-numru wieħed Gianluigi Buffon, Leonardo Bonucci u Miralem Pjanić kienu t-tliet plejers tal-Bianconeri li għamluha f’din il-lista. Fuq il-midja soċjali kien hemm xi kritika għax ħafna sostnew li Giorgio Chiellini u Dani Alves kien jimmeritahom ikunu f’din il-lista.

Il-lista finali hija din: Buffon, Oblak, Bonucci, Carvajal, Marcelo, Ramos, Godin; Casemiro, Kroos, Modrić, Isco, Pjanić, Bakayoko; Ronaldo, Messi, Griezmann, Mbappé, Lewandowski.

Sors: TuttoJuve

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280